Il-Kunsill Lokali tal-Mosta feraħ lil Sasha Gatt hekk kif kisret rekord nazzjonali fl-għawm!
“Kburin bit-talent Mosti,” huma kitbu. “Prosit Sasha Gatt! Il-Kunsill Lokali tal-Mosta jifraħ minn qalbu lir-resident Mostija Sasha Gatt għas-suċċess straordinarju tagħha fl-għawm!”
“Sasha kisret ir-rekord nazzjonali tal-1500m freestyle b’ħin ta’ 16:14.93, u kisbet ukoll 808 punti FINA, tragward storiku għall-għawm Malti.
Bħala Kunsill Lokali, aħna dejjem kburin naraw lir-residenti tagħna jilħqu suċċessi bħal dawn u jgħollu isem il-Mosta u ta’ Malta fuq livell internazzjonali.”
Facebook / Kunsill Lokali Mosta