Ma’ Gwida.mt tkellmet Marianne Aguis li għadha kif tilfet lil missierha bil-Covid-19! Marianne qaltilna li missierha kien raġel tal-familja li henn u dejjem ħabba lil kulħadd! Missier li dejjem għamel il-ġid għal uliedu.
Missierha għalkemm kien mared b’kanċer, kien iġġilidlu u rebaħ imma sfortunatament il-Covid-19 ma rnexxilux jikkumbattih kontrih. Hi tesprimi l-weġgħa tagħha u l-kumplament tal-familja li ma setgħux imorru jżuruh u jagħtu s-sapport tagħhom. Sakemm ġie nieqes dejjem moħħhom fih kienu jkunu.
Missier Marianne kien magħruf bħala Żeppi tal-ħanut tal-Marsa. Hi tistqarr magħna, “Żommu l-għeżież tagħkom siguri kemm jista’ jkun għax din mhux marda taċ-ċajt imma serja ħafna.”
Marianne tagħlaq b’tislima lejn missierha, “Fit-8 ta’ Novembru kellha tkun l-aħħar ġurnata ta’ ħajtek lanqas stajna narawk u ngħidulek li nħobbuk u ngħannquk daqshekk rajtek missier. Kemm hi kiefra din id-dinja, issa qiegħed anġlu fis-sema imma jien ma nistax narak. Kemm inħobbok missier.”
Aħna f’isem it-tim ta’ Gwida.mt insellmu l-memorja ta’ Żeppi u ngħaddu l-kondoljanzi lill-familja kollha f’dan iż-żmien ta’ dieqa. Nitolbu għalikom biex issibu kuraġġ!