Iċ-ċkejkna Valentina ssemmi kif meta kellha biss sena, t-tobba kienu qalulha li għandha xi problema fis-smigħ.
“In-nanna kienet tgħajjtli imma jien ma kontx nismagħha,” tisħaq iċ-ċkejkna li ssemmi kif kien proprju hawnhekk meta ntebħu bid-diffikultajiet li kellha.
Kien għalhekk li ċ-ċkejkna kellha tagħmel operazzjoni f’widnejha fejn għamlulha kalamita li tippermettilha sabiex tisma’.
Flimkien m’ommha Janica, ċ-ċkejkna rrakkontat din l-istorja waqt il-podkast lokali Nikxfu l-Karti.
Prosit tassew!