“Kelli X-Xorti Li Jkolli Żewġ Missirijiet F’Ħajti” – Il-Messaġġ Emozzjonanti Ta’ Gillian Attard Lil Nannuha F’Għeluq Sninu

Fl-okkażjoni ta' għeluq snin nannuha, Gillian Attard qasmet messaġġ mill-qalb fuq il-midja soċjali, fejn esprimiet l-imħabba u l-gratitudni kbira li tħoss lejh. Gillian stqarret kemm tħossha xxurtjata li f'ħajjitha kellha żewġ figuri ta' missier, filwaqt li rringrazzjat lil nannuha talli dejjem kien hemm għaliha, iggwidaha u taha l-imħabba tiegħu f'kull stadju ta' ħajjitha.

"Kont imbierka li kelli żewġ missirijiet f'ħajti, u ninsab grata ħafna li għadek hawn miegħi. Ħabbejtni, iggwidajtni u kont dejjem hemm għalija f'kull fażi ta' ħajti, u dan qatt ma nieħdu bħala xi ħaġa ovvja," kitbet Gillian. Hija kompliet billi rringrazzjatu ta' dak kollu li jfisser għaliha u għall-familja tagħhom, filwaqt li awguratlu ġurnata mimlija ferħ, saħħa u mħabba.

Messaġġ mill-isbaħ li jfakkarna fir-rabta speċjali bejn in-nanniet u n-neputijiet, u kemm hi prezzjuża l-preżenza tagħhom f'ħajjitna. Aħna minn Gwida.mt ningħaqdu ma' Gillian biex nawguraw lil nannuha l-isbaħ xewqat f'għeluq sninu!

Ritratt:

Facebook / Gillian Attard

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI