“Kellu Ġa L-Kulur Tiegħu Qed Jinbidillu U La Kien Qed Jieħu Nifs …. Irringrazzjajt Il-Bambin …” – Joanna Spiteri L-Infermiera

Waqt intervista mill-OneNews imtella fuq is-sit tagħhom One.com.mt, Joanna Spiteri, infermiera tal-emerġenza li ma kinitx fuq xogħolha, tirrakonta l-missjoni ta’ salvataġġ li seħħet ilbieraħ f’Birżebbuġa.

“U La kien qed jieħu nifs, la kellu polz. Imsaħtlu wiċċu. Tajtu żewġ nifsijiet minn ħalqu u għamiltlu ċiklu ta’ CPR. U kif għamiltlu dan iċ-ċiklu u erġajt bdejt ħa niċċekkjah bdejt inħoss it-taħbita tal-qalb li bdiet ġejja bilmod u dejjem tiżdied u f’daqqa waħda t-tifel ġibed nifs qawwi. U dak il-ħin irringrazzjajt il-Bambin, bistu fuq moħħu. Bħas-speċi kienet xi ħaġa vera emozzjonali!” 

Prosit Joanna tal-kuraġġ tiegħek u tal-ħila kbira f’din is-sitwazzjoni diffiċli. Il-prontezza u l-għarfien tagħha kienu deċiżivi biex isalvaw ħajjet dan it-tifel. Din l-azzjoni hija eżempju ta’ kif l-eroj lokali jagħmlu differenza fil-komunità tagħna.





Sors: One.com.mt, Ritratt: Facebook / Joanna Spiteri



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI