“Ma Tistax Ma Tirringrazzjax Lil Alla Li Jkun Silfek Sena Oħra” – Jagħlaq Sninu L-Attur Popolari Mario Micallef

Mario Micallef

Illum jagħlaq sninu l-attur lokali Mario Micallef, li jibqa' mfakkar għas-sehem tiegħu f'għadd kbir ta' produzzjonijiet televiżivi u teatrali.

Fosthom hemm, F’Baħar Wieħed, Fredu l-Fra, Sptar San Valentinu, Ipokriti, Anġli, Dejjem Tiegħek Becky, It-Tfal Jiġu bil-Vapuri u L-Ispettur.

Mario kiteb kelmtejn għall-okkażjoni dwar jum għeluq sninu u l-gratitudni tiegħu lejn il-ħajja.

"Aktar ma tikber, ma tantx tibqa bħal qabel tieħu gost meta jasal il-birthday tiegħek, għax tinduna li tkun kbirt sena oħra. Imma fl-istess ħin, ma tistax ma tirringrazjax lil Alla li jkun silfek sena oħra miżjuda ma’ li għandek, biex tibqa tgawdi l-ħajja, il-familja, il-ħbieb u dak kollu sabie li tieħu gost tagħmel u li jagħtiek sodisfazjon f’ħajtek. Grazzi Mulej."

Minn qalbna f'isem Gwida.mt nawgurawlek l-isbaħ affarijiet Mario, illum u dejjem!

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI