Id-DJ lokali DEBRII (magħruf ukoll bħala Daniel) u martu qalu s-signor si wkoll! F’messaġġ fuq il-midja soċjali, Daniel xtaq jesprimi gratitudni u apprezzament b’messaġġ ta’ ringrazzjament għal diversi persuni li kienu parti minn din iċ-ċelebrazzjoni.
“Minn fejn ser taqbad tibda. Kemm għandna qalbna mimlija b’ferħ u mħabba. Grazzi lil kull min għamlilna l-ġurnata tagħna waħda mill-isbaħ ġranet ta’ ħajjitna. Lill-familja, lill-ħbieb u lill-kollegi, inħobbukom IMMENS. Grazzi lill-aqwa grupp ta’ ħbieb (u żeffiena) li qatt seta’ jkollna – inħobbukom b’qalbna kollha.”
Qasam diversi ritratti meħudin waqt din l-okkażjoni prezzjuża immens għalih u għal martu Michela. It-tim ta’ Gwida.mt jawgura lil Daniel u Michela l-isbaħ affarijiet illum u dejjem!
View this post on Instagram