Kemm Hu Kbir Il-Mulej – Angele Tirċievi Xirja Ta' Aktar Minn €1,000 – Xi Trid Tagħmel Jekk Int Fil-Bżonn?

Ftit jiem ilu Angele ħadet sorpriża kbira, tant hi kbira li baqgħet emozzjonata u issa qed tagħmel appell biex min għandu każ ġenwin u jixtieq ftit għajnuna hi ħa tkun tista’ tgħinu. Mhux xirja waħda spiċċat irċeviet iżda tnejn!

“L-isbaħ rigal li qatt qlajt f’ħajti. Grazzi lil kumpanija Best Deal Properties f’isem il-poplu Malti u Għawdxi tax-xirja kbira li tawni ‘l fuq minn 1,000 Euro biex inkun nista’ ngħin lil min hu fil-bżonn… Grazzi minn qalbi ħallejtuni bla kliem. Kumpanija ta’ tim b’qalb tad-deheb.”

“Bikkejtuni daqs li kieku għintu lili. Inħossni ferħana li flok siġra tal-Milied taħt it-taraġ għandi konsenja kbira ta’ ikel żgur hija aħjar mill-armar tal-Milied, vera mhux fid-dehra imma fil-qalb żgur… Nerġa’ ngħidilkom grazzi kemm ħa tferrħu nies għadkom qas tafu.”





“Nixtieq nirringrazzja lil Best Deal Properties għat-tieni darba minn qalbi, li reġgħ ġabuli xirja oħra ta’ plasmon u ikel ieħor. Bil-bulk qed iġibuli l-aħwa. Nies kbar wisq u nixtieq ngħid ukoll grazzi lill GOSH Gozo tax-xirja ħrieqi u deterġenti u ħalib aptamil li tani sa sanitizers.”

“Grazzi minn qalbi għax għandi xhur ngħin in-nies. Ghidulhom grazzi u prosit l-aħwa li qed jgħinu mijiet ta’ nies fix-xahar b’dawn ix-xirjiet.”



Dawk li jinsabu fil-bżonn għamlu kuntatt magħha fuq il-profil ta’ Facebook u tkun tista’ tagħtikom daqqa t’id.

Facebook / Angele Camilleri

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI