“Kemm Jien Kburi Bil-Bniedem Li Sirt” – Peter Paul B’Messaġġ Mill-Qalb Lin-Neputi Tristan

Il-mużiċista Peter Paul qasam messaġġ mill-qalb lin-neputi tiegħu Tristan Oa Galea, fejn esprima kemm jinsab kburi bil-bniedem li sar u awguralu għall-vjaġġ tiegħu fid-dinja tal-mużika.

Fil-messaġġ tiegħu, Peter Paul ħeġġeġ lil Tristan sabiex igawdi l-ħajja, jibqa’ jitbissem u fuq kollox ikompli jimxi wara l-ħolm tiegħu.

Huwa semma wkoll bi kburija kif Tristan mexa fuq il-passi tiegħu fil-mużika. Madankollu, għandu xewqa oħra għan-neputi tiegħu: li xi darba jimxi fuq il-passi tiegħu wkoll fejn tidħol il-ħidma ta’ karità.

Peter Paul qal li jemmen li Tristan kapaċi jagħmel biċċa xogħol mill-isbaħ f’dan il-qasam. Barra minn hekk huwa ddeskrivieh ukoll bħala "persuna "sensittiva u mimlija mħabba."

Ritratti:

Facebook/ Peter Paul

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI