Rain u River, żewġt iqtates aħwa l-ġmiel tagħhom u mimlija mħabba, bħalissa qed ifittxu familja li tkun tista’ tagħtihom post fejn iqattgħu ħajjithom.
Animal Welfare Gozo spjegaw li t-tnejn huma enerġetiċi u ta’ spiss tarahom iduru u jilagħbu u jħobbu kemm l-attenzjoni kif ukoll it-tgħanniq. Ix-xewqa hi li dawn iż-żewġt aħwa ma jkollhomx għalfejn jinfirdu u għalhekk se tkun qed tingħata prijorità lill-familji li jkunu lesti jadottawhom flimkien.
L-adozzjoni hija mingħajr ħlas. Dawk interessati huma mitluba jibagħtu messaġġ dirett lil Animal Welfare Gozo, hekk kif talbiet għall-adozzjoni ma jiġux aċċettati permezz tal-kummenti.
Nittamaw li Rain u River ma jdumux ma jsibu l-familja li tant jistħoqqilhom!
Facebook/ Animal Welfare Gozo