“Ħallejtuna Bla Kliem” – Mario Micallef Jirringrazzja Lil Dawk Kollha Li Taw L-Awguri F’Għeluq Is-56 Anniversarju Ma’ Martu

L-attur Mario Micallef xtaq li jiddedika messaġġ fuq il-paġna uffiċjali tiegħu sabiex jirringrazzja lill-eluf ta’ persuni li wasslu l-awguri tagħhom lilu u lil martu Nathalie fl-okkażjoni tas-56 anniversarju taż-żwieġ tagħhom.

Mario stqarr li hu u Nathalie ma stennewx reazzjoni daqshekk kbira, hekk kif il-post tagħhom ġab eluf ta’ likes u kummenti mimlijin awguri.“Ħallejtuna bla kliem. Tassew napprezzaw mill-qalb l-awguri sinċiera tagħkom,” kiteb Mario filwaqt li rringrazzja lil dawk kollha li ħasbu fihom f’din l-okkażjoni speċjali.

Huwa temm il-messaġġ tiegħu b’talba lil Alla biex ikompli jagħtihom aktar żmien flimkien u sabiex ikomplu jwasslu t-talent tagħhom lill-pubbliku.

Mario u Nathalie żżewġu fis-16 ta’ Awwissu tal-1970 u din is-sena ċċelebraw 56 sena ta’ żwieġ.Nawgurawlhom aktar snin sbieħ flimkien! 

Ritratti:

Facebook/ Mario Micallef

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI