Diversi persuni qed iwasslu messaġġi ta’ sogħba fuq il-mezzi soċjali wara l-mewt traġika ta’ Mary Grace Cassar, il-mara li lbieraħ tilfet ħajjitha fl-Imqabba, f’każ li fih binha huwa allegatament involut. Fuq il-mezzi soċjali bdew jidhru diversi kummenti minn persuni li qed jiftakru lil Mary Grace bħala mara tajba, filwaqt li jesprimu d-dieqa tagħhom għal din it-telfa.
Il-messaġġi jixhdu l-għożża li diversi persuni kellhom lejha, hekk kif ħafna qed jaqsmu kliem ta’ rispett u solidarjetà f’dan il-mument diffiċli. Il-każ seħħ il-Ħamis 15 ta’ Ottubru, meta Mary Grace, ta’ 72 sena, instabet mejta fir-residenza tagħha. Żewġha, Ġanni Cassar, ta’ 74 sena, ukoll indarab fl-attakk, filwaqt li binhom ta’ 47 sena ġie arrestat b’rabta mal-każ. L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.
Aħna mit-tim ta’ Gwida.mt ningħaqdu ma’ dawk kollha li qed isellmu l-memorja ta’ Mary Grace u nwasslu l-kondoljanzi sinċieri tagħna lill-familjari u lil dawk kollha li kienu jafuha.
Strieħ fis-sliem, Mary Grace.
Facebook / John Cassar