"Kemm Kienu Jgħajruni… Għax Kont Niddefendi Lil Ħutna Persuni Omosesswali" – Peppi Azzopardi Jaqsam Ħsieb Li Fih X'Tomgħod

Peppi Azzopardi dejjem jibqa’ magħruf bħala dak il-bniedem li dejjem ħa tarah jappoġġja lis-sewwa u minkejja t-titli u l-kritika bl-addoċċ li jirċievi, ser jgħid l-affarijiet kif inhuma. 

Fil-ħsieb li qasam fuq il-profil tiegħu ftit ilu, Peppi għal darb’oħra jurina kemm hu kburi li kien hemm għall-minoranza. Ixerred ritratti li jeħduna lura snin ilu waqt Gay Pride – fejn Peppi flimkien ma’ martu Mandy kienu jattendu bi ħġarhom ħa juru l-appoġġ tagħhom lejn persuni omosesswali. 

Kburi li ħafna snin ilu, meta fil-Gay Pride kien ikun hemm mhux aktar minn 40 ruħ, Mandy u jien konna nkunu dejjem hemm. Kemm kienu jgħajruni għax kont niddefendi lil ħutna persuni omosesswali, eżatt kif jgħajruni llum meta niddefendi lil ħutna immigranti.” Fil-fatt Peppi jinkludi f’dan il-messaġġ ir-rispett u l-appoġġ li għandu lejn l-immigranti.

U inti? Taħseb li l-mentalità fis-soċjetà Maltija għad tagħmel progress? Qed tara xi progress meta tħares madwarek?





John McRae Photography & Studio



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI