Il-paġna Aġġornament tat-temp kitbet l-aħħar tbassir tat-temp għal-lum l-Erbgħa. Fil-fatt minkejja li qegħdin kważi f’Ottubru, jidher li għalissa mhux ser tkun qed tonqos it-temperatura, anzi għall-kuntrarju.
“Illum l-Erbgħa it- temperatura mistennija titla 33°C riħ Ilbiċ forza 3. Il-Ħamis ftit imsaħħab b’riħ forza 4 xlokk. Temperatura l-għola tmiss 32°C. Il- Ġimgħa b’riħ xlokk forza 4 għal 5. Temperatura l għola tmiss 32°C. “
Fi tmiem il-ġimgħa skont il-paġna t-temperaturi ser jibqgħu fl-istess ilma sal-Ħadd, fejn dakinhar tonqos b’4 gradi. “Is-Sibt b’riħ forza 5 xlokk li jdur majjistral forza 5 filgħaxija. Temperatura l-għola tmiss 31°C. Il-Ħadd b’riħ majjistral forza 6. Temperatura l-għola tmiss 27°C.”
Ħerqanin għat-temp tal-ħarifa?!