Illum huwa jum għeluq snin il-kantanta lokali Gaia Gambuzza, li hi waħda mill-ambaxxaturi għal Malta fil-Junior Eurovision. Hi rrappreżentatna propju fl-2022 bil-kanzunetta Diamonds in the Sky.
Ommha kitbitilha messaġġ mill-isbaħ għall-okkażjoni.
"Għażiża binti, Illum qed niċċelebraw it-18-il sena tiegħek! Kemm għaddew malajr dawn is-snin! Matulhom int imlejtilna ħajjitna b'tant ferħ, imħabba u emozzjonijiet. Jien u l-papà kburin wisq bik."
Tammira l-persuna ġenwina li hi u l-qalb kbira li għandha. Hekk kif bdiet il-vjaġġ taż-żgħożija tawguralha futur mimli hena, saħħa, imħabba u suċċess.
"Ftakar li tikber kemm tikber u jgħaddi kemm jgħaddi ż-żmien, int għalina dejjem se tibqa' t-tifla ċkejkna tagħna. Inħobbuk wisq, għażiża Gaia!"
Xewqat sbieħ, Gaia! Nawgurawlek dak kollu li tixtieq qalbek illum u dejjem!
Facebook/ Gaia Gambuzza