Kersten Graham B’Filmat Emozzjonanti Għall-Kanzunetta Li Rajnieh Biha F’Mużika Mużika Int Kollox Għalija

Wara li smajna waħda mill-aktar ballads romantiċi f’Mużika Mużika 2025, Kersten Graham għadu kemm ippubblika l-vidjo uffiċjali għal Int Kollox GħalijaIl-filmat, li ġie maħluq fuq idea oriġinali ta’ Kersten Graham u Jean Paul Borg, jittratta t-tema qawwija ta’ mħabba u telfien. Il-messaġġ ċentrali huwa ċar, ma nistgħux nieqfu nuru l-imħabba tagħna mal-għeżież waqt li għadhom ħajjin, għax meta jitilqu, ikun tard wisq – u dak li jibqa’ huma biss il-memorji.

Il-kunċett ġie espress b’mod viżiv taħt id-direzzjoni kreattiva ta’ Steven Vella, b’xogħol ta’ kamera sensittiv u effettiv minn Victor Abela (DOP). Il-protagonista tal-vidjo hija l-attriċi Simone Spiteri, li tagħti interpretazzjoni mimlija emozzjoni fejn tirrappreżenta dik il-persuna li għadha preżenti fil-memorja imma mhux fil-ħajja reali.

Il-filmat jagħti tifsira ġdida lill-lirika tal-kanzunetta, li saret popolari bħala kanzunetta tat-tieġijiet u ta’ wegħdiet ta’ mħabba tul il-ħajja. Din id-darba, Kersten iwassal il-kliem “int kollox għalija” minn perspettiva li tagħfas fuq kemm nistgħu nkunu vulnerabbli quddiem it-telfa, iżda b’saħħitna meta nħobbu bis-sħiħ. Il-kanzunetta u l-vidjo diġà qegħdin jiġbru eluf ta’ views u reazzjonijiet pożittivi fuq il-midja soċjali.

Int Kollox Għalija hija disponibbli fuq YouTube u fuq il-pjattaformi kollha diġitali.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI