Kevin Borg bħalissa jinsab għaddej ġmielu bil-preparamenti tal-musical tas-Sajf, Il-Kbir Għadu Ġej fejn ħa jkun qed jinterpreta l-karattru prinċipali ta’ Alfred il-Kredu. Waqt li Kevin, qed iħejji għal dan l-ispettaklu irċieva aħbar inkorraġanti ferm.
Kevin, ’il bogħod mill-kant huwa wkoll kompożitur u produttur tal-mużika. Hu jaħdem ma’ diversi artisti internazzjonali speċjalment ġewwa l-Asja. Riċentament flimkien ma’ Peter Nord ħadmu fuq il-kanzunetta Tsunagu grupp Tsunagu.
Arashi għadhom kif nedew album, fejn fih wieħed jista’ fost l-oħrajn isib il-kanzunetta li kiteb Kevin. Fl-ewwel ġurnata biss l-album diġà ġie mibjugħ 728,674 darba! Ħafna u ħafna aktar mill-popolazzjoni ta’ Malta! Ċertament li suċċess enormi għall-Malti.
Din hi proprju id-19-il darba li Kevin kiseb in-numru wieħed fil-Ġappun. Kevin irringrazzja lil kull min kien involut f’Nichion Inc u lil Peter Sahlin minn Starlab Publishing. Minn hawn nawguraw lil Kevin aktar u aktar suċċessi f’Malta u wkoll barra minn xtutna.
Facebook / Kevin Borg