Meta żewġ kantanti popolari flimkien ma’ attur rinomat jingħaqdu flimkien, tista’ tgħid li għandek riċetta ta’ suċċess. Kevin Paul, Matthew James u Daniel Azzopardi se jkunu qed jingħaqdu flimkien bħala preżentaturi biex iwasslu programm fuq ONE is-Sibt waranofsinhar.
Il-programm jidher li jġib l-isem ta’ Cheeky Couples u fih għandna nistennew, mużika, logħob u ħafna pjaċir! Kull min ġieli attenda xi gig ta’ Kevin Paul jew ta’ Matthew James, jafu l-briju li jqamu. Kevin Paul magħruf ukoll għall-karattru ċajtier tiegħu allura din l-avventura ġdida mistennija tkun ta’ suċċess u tiġbed diversi ammiraturi tat-trio lejn il-programm tagħhom.
Daniel, ilu ftit ma jidher fuq it-televiżjoni, iżda żgur li ħafna jiftakruh għall-karattru tiegħu fuq Deċeduti. Żgur li għandu ħila mill-aqwa biex jagħti spettaklu. Ħerqana biex naraw dawn it-tlieta flimkien u x’se jkunu qed joħolqu!
F’isem it-tim ta’ Gwida, nawgurawlhom kull suċċess f’din l-avventura l-ġdida tagħhom!