“Kieku Baqa’ Ħaj Illum Kien Jiċċelebra Għeluq Sninu Joe Cutajar” – Il-Preżentatur Twanny Scerri

Joe Cutajar

Il-preżentatur Twanny Scerri li nisimgħu l-vuċi tiegħu filgħodu fuq Calypso FM ifakkar li llum kien jagħlaq sninu l-kantant Joe Cutajar.

Hu jikteb, “Kieku baqa’ ħaj illum kien jiċċelebra għeluq sninu Joe Cutajar.” Għandu bosta memorji sbieħ tiegħu fosthom ta’ meta preżentah f’diversi avvenimenti.

Żgur li lkoll nibqgħu niftakruh bħala wieħed mill-ewwel ambaxxaturi ta’ Malta fil-Eurovision Song Contest, meta fl-1972 kien irrappreżenta lil Malta f’dan il-konkors flimkien ma’ Helen Micallef permezz tal-kanzunetta L-Imħabba.

Waħda mill-aħħar drabi li rajnieh fuq palk maestuż kien proprju fl-ewwel edizzjoni ta’ Mużika Mużika fejn kanta l-kanzunetta Dejjem Għal Xulxin, flimkien mal-kantanta bravissima Michela Galea. Il-kanzunetta Dejjem Għal Xulxin hija waħda mill-kanzunetti li l-kantant baqa’ magħruf għalihom tul is-snin. 

Rajnieh ukoll fil-Malta Eurovision 2022 meta kanta mill-ġdid L-Imħabba flimkien ma’ Helen.

Għal dejjem f’qalbna Joe. Awguri fil-Ġenna.







Ritratti:

JJ Chircop – Facebook / Kelma Bejn Tnejn

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI