“Kieku Kont Naf Li Dak Kienet Se Tkun L-Aħħar ‘Inħobbok’…” – Dr. Yasmin Debrincat Hamilton Taqsam L-Aħħar Messaġġ Ma’ Missierha

Dr. Yasmin Debrincat Hamilton qasmet messaġġ mill-aktar emozzjonanti b’tifkira ta’ missierha, hekk kif ippubblikat dak li kellhom ikunu fost l-aħħar messaġġi li qasmu bejniethom qabel ħalliena. “Grazzi bastun. Inħobbok. DEJJEM. +/- ❤️” kien il-kliem li llum, għal Yasmin, għandu tifsira ferm akbar.

“Kliem sempliċi, imma llum għandhom tifsira li ma nistax nispjega bil-kliem. L-aħħar messaġġi tagħna jibqgħu għal dejjem f’qalbi,” kitbet. Yasmin stqarret li kieku kienet taf li dak kien se jkun l-aħħar “inħobbok” li kienet se tgħid lil missierha, kienet tgħidlu għal mitt darba oħra kemm kienet tħobbu.

“Papà, int kont u tibqa’ l-imħabba ta’ ħajti,” kompliet, filwaqt li fakkret fil-vuċi tiegħu, fi kliemu, f’qalbu u fil-mumenti li qasmu flimkien. Hija rringrazzjatu wkoll għall-imħabba bla qies li taha bħala bintu, “Grazzi talli kont il-Papà tiegħi. Grazzi talli ħabbejtni b’imħabba bla qies.”

Yasmin temmet it-tislima tagħha bi kliem li jfisser tant għaliha u li se jibqa’ jgħaqqadha ma’ missierha, “Inħobbok, mio padrone… +/- DEJJEM.” Messaġġ mimli mħabba u niket li jfakkarna kemm kultant ftit kliem sempliċi jista’ jsir memorja imprezzabbli. Kondoljanzi lil Yasmin u lill-familja kollha tagħha. Strieħ fis-sliem.

Ritratti:

Facebook / Dr Yasmin Debrincat Hamilton

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI