Kieku llum jagħlaq sninu l-mibki Robbin Williams. L-attur kien twieled fil-21 ta’ Lulju, 1951. Magħruf bħala attur u komiku Amerikan straordinarju, bil-ħila unika tiegħu li jgħaqqad id-daħk mal-emozzjoni profonda.
Il-karriera tiegħu bdiet fis-snin sebgħin fis-sitcom televiżiv Mork & Mindy, fejn aktar tard kiseb suċċess u baqa’ jissemma’ aktar permezz ta’ films bħal Good Morning, Vietnam, Dead Poets Society, u Mrs. Doubtfire.
F’Mrs. Doubtfire kellu karattru li baqa’ memorabbli immens, u għadhom jitkellmu fuqu sal-lum. Kien rebaħ l-Oscar għall-Aħjar Attur Fi Rwol Sekondarju għall-film Good Will Hunting.
Williams kellu talent uniku u l-enerġija kreattiva tiegħu kienet affaxxinanti. Sfortunatament ħalla din id-dinja b’mod traġiku fl-2014, iżda l-wirt artistiku u uman tiegħu jibqa’ jgħix fil-qlub tagħna.
Facebook/ Robin Williams Fans
Ixxerja
Miktub Minn
Kyle Zarb
Interessat ħafna f'dak kollu li hu relatat mal-midja u x-xandir. Nistgħu ngħidu li hu ffissat fid-dinja tal-ispettaklu; kemm dik lokali kif ukoll internazzjonali. Isegwi d-drama Maltija ta' kull ġeneru u tassew japprezza t-talent Malti. Għandu esperjenza fejn jidħol kant, kif ukoll animazzjoni għat-tfal. Hu jħoss sodisfazzjon kbir meta jferraħ lil ħaddieħor u tkun xi tkun iċ-ċirkostanza jipprova dejjem iżomm tbissima fuq fommu.