Hemm persuni li, minkejja li ma jkunux għadhom magħna, jibqgħu jgħixu f’qalbna għal dejjem. Hekk hu l-messaġġ emozzjonanti li qasmet l-Membru Parlamentari Bernice Bonello, li fakkret lin-nannu tagħha f’jum speċjali li kieku llum kien ikun qed jiċċelebra għeluq is-77 sena tiegħu.
Permezz ta’ kitba sempliċi iżda mimlija mħabba, Bernice esprimiet kemm għadha tħoss in-nuqqas tiegħu fil-ħajja tagħha ta’ kuljum. Għalkemm għadda ż-żmien, l-imħabba lejn in-nannu tagħha tibqa’ ħajja, flimkien mat-tama li minn hemm fuq għadu jħares lejhom u jieħu ħsiebhom.
“Nimmissjak kuljum,” kitbet hi, kliem qasir li jġorr fih ħafna emozzjonijiet u li jista’ jolqot lil kull min tilef persuna għażiża għalih. Bonello temmet il-messaġġ tagħha, billi sellmet il-memorja tan-nannu tagħha, awguratlu jistrieħ fis-sliem u rringrazzjatu ta’ dak kollu li għamel magħha u mal-familja.
Fil-fatt, hemm telfiet li qatt ma jieqfu jinħassu, iżda hemm ukoll imħabba li lanqas il-mewt ma tista’ tħassar u għal Bernice, in-nannu tagħha se jibqa’ għal dejjem f’qalbha.
Facebook/Bernice Bonello