Wieħed mill-mistednin fuq il-programm televiżiv Sibtek, ippreżentat minn Ryan Borg, kien il-cameraman Charles Ahar. Waħda mill-mistoqsijiet lil Charles kienet dwar il-fatt li minħabba li jiffilmja barra minn Malta, jkun ħafna l-bogħod mill-mara u ż-żewġt itfal tiegħu.
Iżda Charles jimmaġinah jagħmel dan ix-xogħol ħajtu kollha? Hu wieġeb hekk: “Il-familja hija waħda mill-kritiċi tiegħi. Naħseb li x-xogħol nibqa’ nagħmlu, iva. Il-mara hija l-bastun biex jien inkun nista’ nsiefer. Ħadet paċenzja.”
“Mort f’postijiet li ma kinux xierqa… ma kinux faċli biex tmur, eżempju terroriżmu ġo Franza, ġol-Ingilterra. Kieku ma kienx hemm il-mara ma nista nagħmel xejn.”
“Però il-familja hija dik li hi. Issa aċċettat is-sitwazzjoni tax-xogħol tiegħi,” spiċċa hu. X’jidhirlek dwar dan it-tip ta’ xogħol li jaf ikun involut il-periklu fih? Iktbilna fil-kummenti.