“Kien Ċert Li Mhux Ser Joħroġ Ħaj Mill-Isptar, Imma Kien Kapaċi Jifraħ … 8 Snin Ilu Bħal Issa Kien Wasal L-Aħħar Lejl” – Indri Attard

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tiegħu, Indri Attard sellem il-memorja ta’ missieru li ħalliena bħal-lum 8 snin. Huwa għamel dan ilbieraħ permezz ta’ kemltejn sbieħ, fejn tkellem dwar kif fl-aħħar mumenti tal-ħajja ta’ missieru kellu x-xorti jgħidlu li sar nannu.

Hu qal, “Kien jgħidli, “agħmilli naqra l-leħja u durli naqra xagħri.” Kien ċert li mhux ser joħroġ ħaj mill-isptar, imma kien kapaċi jifraħ.

Żied jgħid, “Pero 8 snin ilu bħal issa kien wasal l-aħħar lejl. Mort ngħidlu li twieled Julian, kien mitluf, imma minn għajnejh ħarġet dema. Żgur semagħni, imma ma setax iwieġeb. Kmieni filgħodu ħa l-aħħar nifs … nieqaf hawn għax …

Jistrieh fis-sliem.





Facebook/Indri Attard



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI