Il-Ministru Julia Farrugia b’dieqa tfakkar kif proprju 5 xhur ilu ħalla din id-dinja x-xufier tagħha Charles. Hi ssemmi li meta skoprew li kien għad fadallu biss ftit ġimgħat ħajja, kienu ftehmu sabiex jagħmlu lista ta’ affarijiet li hu xtaq jagħmel qabel ma jmut.
“Jien u nikteb din il-lista tant sempliċi, ftaħt għajnejja u rrealiżżajt kemm aħna boloħ,” saħqet il-Ministru hekk kif tistqarr li din l-esperjenza ġiegħlitha tirrealiżża kemm il-bniedem ħafna drabi jsib ruħu jgħix ħajja mgħaġġla mit-Tnejn sal-Ħadd u b’hekk qatt ma jsib il-ħin sabiex japprezza ħajtu u jgawdiha kif jixtieq.
“Il-lista ta’ Charles ma rnexxilniex nibdewha jew inwettquha għax l-affarijiet ħarbu wisq malajr,” temmet tikteb fejn fakkret li hu proprju għalhekk li verament il-bniedem għandu jfittex li jgawdi ħajtu.
Ritratti: Facebook / Julia Farrugia u Andrew Major Hypnotherapy