Rekord Nazzjonali Ġdid – Aktar Minn 21,000 Pinna F’Kollezzjoni Unika Fil-Gżira

Il-paġna The Malta Records ħabbret rekord nazzjonali ġdid tassew interessanti. Waqt żjara riċenti f’garaxx ġewwa l-lokalità tal-Gżira, ġie kkonfermat rekord straordinarju: l-akbar ammont ta’ pinen (biros) differenti b’reklami – b’ total ta’ mhux inqas minn 21,617-il pinna!

Dan ir-rekord inkiseb mis-Sur Raymond Caruana, li b’dedikazzjoni u passjoni kbira rnexxielu jibni kollezzjoni tassew unika. Il-kollezzjoni tiegħu tinkludi varjetà kbira ta’ pinen promozzjonali.



Interessanti wkoll li din ma kinitx l-ewwel darba li The Malta Records żaret lil Raymond. Fil-fatt, kienu diġà marru fis-27 ta’ Marzu, iżda reġgħu żaruh biex jagħmlu l-għadd uffiċjali u jippreżentaw ir-rekord kif jixraq.



Dik li kellha tkun żjara qasira ta’ ftit minuti, inbidlet f’laqgħa memorabbli ta’ madwar tliet sigħat. Matul dan iż-żmien, Raymond qasam l-esperjenzi tiegħu flimkien ma’ żewġt iħbieb kbar tiegħu: Raymond Deguara u Mario Debono.

Dawn iż-żewġt iħbieb kellhom rwol importanti ħafna fil-vjaġġ ta’ Raymond u kienu ta’ appoġġ kontinwu biex jgħinuh ikabbar din il-kollezzjoni tant impressjonanti!



Ritratti:

Facebook/ The Malta Records

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI