Il-leġġendarju Taljan Gianluigi Buffon tefa’ post fuq il-profili tiegħu tal-midja soċjali, fejn esprima l-gratitudni tiegħu lejn il-kumpanija tal-Karnival Triton Carnival Company, wara li inkludewh fil-karru tagħhom ta’ din is-sena.
Il-karru kellu l-isem ta’, ‘Una Notte Con Le Stelle’. Ir-rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja tal-2006 feraħ lill-għaqda lokali għax-xogħol artistiku mill-aqwa u għas-suċċess tagħhom fil-kompetizzjoni ta’ sezzjoni A tal-karrijiet.
“Hu tassew unur li kont parti minn dan il-karru tal-karnival mill-aqwa… Ħadt pjaċir li kontinwament irċevejt filmati u ritratti li jiddokumentaw il-proċess, u nixtieq nesprimi l-kumplimenti sinċiera tiegħi għax-xogħol mill-isbaħ li sar.”
Huwa unur għat-talent lokali li jiġi rikonoxxut anke barra minn xtutna, speċjalment minn stilla li kienet parti mill-istess karru! Prosit Triton Carnival Company!
Facebook/ Gianluigi Buffon