L-artist C0ok3r sellem il-memorja tal-Professur Ġorġ Mallia b’mod mill-aktar xieraq – permezz tal-arti. Fuq il-midja soċjali, C0ok3r qasam xogħol li ħoloq bi spray paint bħala tislima lil Ġorġ, li matul ħajtu kien magħruf sew għall-arti, l-illustrazzjonijiet u l-cartoons tiegħu.
C0ok3r spjega li minkejja li hu u Ġorġ qatt ma ltaqgħu personalment, matul is-snin kienu jappoġġjaw ix-xogħol artistiku ta’ xulxin permezz tal-midja soċjali. Huwa ddeskrivieh bħala artist u lettur mill-aqwa, kif ukoll bħala persuna pożittiva, filwaqt li stqarr id-dieqa tiegħu għall-aħbar tal-mewt tiegħu.
“Strieħ fis-sliem. Grazzi għall-arti tiegħek,” temm jgħid C0ok3r fit-tislima tiegħu. Ġest mill-isbaħ li permezz tiegħu l-memorja ta’ Ġorġ qed tiġi ċċelebrata proprju b’waħda mill-affarijiet li tant kien iħobb – l-arti.
Facebook / C0ok3r