Il-preżentatriċi u attriċi lokali Chanelle Cardona qasmet messaġġ mimli mħabba ddedikat lis-sieħeb tagħha, l-attur u preżentatur Randell Pace, hekk kif il-koppja qed tiċċelebra ħames snin minn meta stqarrew l-imħabba tagħhom lejn xulxin. F’post fuq il-midja soċjali, Chanelle ddeskriviet lil Randell bħala l-imħabba ta’ ħajjitha u fakkret il-mument li, ħames snin ilu, qaltlu għall-ewwel darba li tħobbu.
“Ħames snin għaddew mill-ewwel ġurnata li għidtlek li nħobbok u ma jiddispjaċini xejn,” kitbet Chanelle. Hija kompliet tirringrazzjah għall-paċenzja, l-imħabba u l-ġentilezza li dejjem wera magħha tul dawn is-snin. “Inti l-aqwa avventura ta’ ħajti. Inħobbok,” temmet tgħidlu f’dan il-messaġġ mill-qalb.
Messaġġ sempliċi iżda mimli sentiment, li jiċċelebra ħames snin ta’ mħabba u memorji sbieħ bejn Chanelle u Randell. F’isem Gwida.mt, nawgurawlhom aktar snin sbieħ flimkien!
Instagram / Chanelle Cardona