“Il-Bniedem Li Għallimni Dak Kollu Li Verament Jgħodd” – L-MP Marilena Gauci B’Dedikazzjoni Lil Missierha

Il-Membru Parlamentari Marilena Gauci qasmet kliem mill-qalb iddedikat lil missierha, fejn irringrazzjatu għall-valuri u l-imħabba li tahomlha tul ħajjitha. F’messaġġ fuq il-midja soċjali, Marilena ddeskriviet lil missierha bħala l-bniedem li għallimha dak kollu li verament jgħodd fil-ħajja u li dejjem kien forza siekta warajha f’dak kollu li għamlet.

“Lill-missier sabiħ tiegħi. Il-bniedem li għallimni dak kollu li verament jgħodd,” bdiet tikteb Marilena. Hija kompliet billi ddeskrivietu bħala bniedem mill-aqwa, umli u mimli mħabba, li għallimha tagħraf it-tajjeb mill-ħażin u li dejjem kien hemm biex jagħtiha s-saħħa u l-appoġġ tiegħu.

Marilena rringrazzjat lil missierha b’mod partikolari għal erba’ valuri li għaddielha matul is-snin – l-integrità, il-lealtà, l-empatija u, fuq kollox, l-imħabba. “Grazzi, Pa, tat-tagħlim tiegħek dwar l-integrità, il-lealtà, l-empatija u, fuq kollox, l-imħabba. Grazzi talli int eżattament il-bniedem li int,” temmet tikteb.

Kliem mill-qalb li juri r-rabta speċjali bejn Marilena u missierha, u l-influwenza importanti li kellu fuq il-mara li hi llum.

Ritratti:

Instagram / Marilena Gauci

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI