Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħha Diego and Us, omm it-3 ulied qasmet mas-segwaċi tagħha messaġġ mill-isbaħ mimli mħabba li jiddeskrivi l-imħabba li għandha lejn uliedha.
Bdiet billi qalet, “Meta ħsibt li qalbi ma setgħetx tbaqbaq b’iżjed imħabba, u ma setgħetx tkebbes fjamma ikbar minn dik li kienet diġa qiegħeda tberren ġewwa fiha. Meta ħsibt li qalbi ma setgħetx tagħti iżjed u tissagrifika iżjed. Meta ħsibt li din il qalb tiegħi kienet imfawwra b’tant imħabba li qatt ma seta jkun li tħobb iżjed min kemm kienet qed tħobb. Meta b’ruħi kollha emmint dan kollu, qalbi reġgħet kibret biċċ’oħra biex tħobb bl- istess mod imma iżjed, u reġgħet kibret biċċ’oħra biex terġa tħobb bl-istess mod imma iżjed.”
Żiedet, “Kif qatt tista tispjega lil xi ħadd din l-emozzjoni tant kbira? Kif qatt tista tispjega li ma’ kull wild, l-imħabba ma tinqasamx, imma timmultiplika ruħha.”
Temmet billi qalet, “Uliedi, laħmi, demmi … intom sawwartu dak kollu li jien illum. It-tlieta l’intom speċjali għalija b’modi differenti. It-tlieta l’intom uniċi iżda l-istess. Imlejtuli kull rokna vojta li kelli f’qalbi u punt punt ħittu dak kollu li kien imżarrat fit-tifsila tiegħi.”
Facebook/Diego and Us