Kif Taħseb Li Se Jidhru Tal-Morning Vibe 40 Sena Oħra?

Kieku stajtu taraw kif tidhru xjuħ, taħtfu l-opportunità jew tilħqu tmutu bil-qatgħa li tieħdu? Hi x’inhi, jidher li tal-Morning Vibe qabadhom il-kurżità, hekk kif dalgħodu tellgħu ritratt tagħhom it-tlieta ta' kif se jidhru meta jkunu mdaħħlin sew fiż-żmien!

Ta’ min isemmi li din l-istampa li tellgħu, spirata aktarx mit-trend ta’ bħalissa li tuża filtru diġitali biex ixxejjaħ wiċċek, hija tassew f’waqtha: dan għaliex fil-fatt The Morning Vibe għadu kemm għalaq 5 snin, u għalhekk biha qegħdin jikkommemoraw dan l-anniversarju:

L-anniversarju tas-segment ma ġiex iċċelebrat biss permezz ta’ dan ir-ritratt komiku. Barra li dħakna daħka, nistgħu ngawdu video li tellgħu lbieraħ fuq Facebook fejn diversi personalitajiet lokali jinstabu jawguraw lit-tim u jixtiqulhom l-isbaħ xewqat ‘il quddiem , fosthom Chucky Bartolo, Keith Demicoli, u anki Glenn Bedingfield.  Saħansitra qabbdu lil Claudette Pace ukoll biex tkantalhom Happy Birthday!

The Morning Vibe jagħmel parti mill-istazzjon tar-radju Vibe.fm, u jikkonsisti minn JD Patrick, Tina Zammit u Jonathan Abel.

Facebook / The Morning Vibe

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI