Chrysander Agius u l-għażiża martu jagħlqu 18-il sena miżżewġin. F’dan il-jum għażiż hu jaqsam ritratt magħha u jikteb, “Kif tagħmel 18-il sena miżżewweġ? Ma nafx! U ma naħsibx li hemm manwal, ktieb, jew persuna li jista’ jiggwidak għal kollox.”
Hu jżid, “Li hu żgur hu li biż-żmien tinbidel, taddatta, tieħu paċenzja, jieħdu bik, u flimkien mal-imħabba jidħlu t-teamwork, il-perseveranza, u l-maħfra… żgur! U l-lista tkompli. Li hu ċert hu li b’xi mod wasalna s’hawn! Issa s-sena d-dieħla nagħġornawkom mill-ġdid. L-anniversarju t-tajjeb Alison, inħobbok.”
F’isem it-tim ta’ Gwida, nawgurawlhom aktar snin ta’ saħħa, mħabba u għożża flimkien. Sabiħ li tara koppji juru l-apprezzament tagħhom lejn xulxin, minkejja li ilhom snin flimkien. L-imħabba verament tevolvi.
Facebook / Chrysander Agius