Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, The Malta Police Force talbu l-għajnuna tal-publiku hekk kif persuna tinsab nieqsa.
Huma qalu “Sharona Grima, tfajla ta’ 16-il sena, ġiet irrappurtata nieqsa lill-Pulizija. Hija dehret l-aħħar fl-inħawi tal-Imġarr.”
Żiedu jgħidu, “Kull min għandu xi informazzjoni dwar din il-persuna, jista’ jgħaddiha lill-Pulizija, permezz ta’ messenger, jew iċċempel, anke b’mod anonimu, fuq in-numri tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija 21 224001 / 119 jew fl-eqreb Għassa tal-Pulizija.”