Donnu li n-natura qed twieġeb it-talb ta’ dawk li jixtiequ temp aktar sħun u smewwiet blu għax dawn jidhru li qegħdin wara l-kantuniera! Ifhem hawn min ilu jgerger li t-temp kiesaħ donnu ħa jippersisti.
Skont il-Met Office ta’ Malta, mistennija temperaturi ta’ kważi 20⁰C fi tmiem il-ġimgħa flimkien ma’ temp xemxi u riħ glorjuż. Xi rridu aktar fuq din il-gżira? Ma tantx ikollna xi ngergru fuq it-temp biex ngħiduha kif inhi!
Bħalissa, it-temp f’pajjiżna kien mill-isbaħ tant li anke għamlu l-kuraġġ u niżlu jgħumu. Imma kuraġġużi ftit mhux ħażin biex inkunu għadna kollox!

Ritratt: MaltaAirport