"Kont Ħażin Ħafna. Tant Ħażin Li Kważi Ċempilt Lill-Ambulanza Matul Il-Lejl" – Felix Busuttil

Fuq il-mezzi soċjali tiegħu Felix qasam artiklu mas-segwaċi tiegħu fejn tkellem ma’ TVM u qal, “Il-Covid qabbdtini ansjetà kbira, imma rridu nagħmlu kuraġġ b’xulxin.” Fuq is-share tal-istess post, Felix kompla jiftaħ qalbu dwar is-sitwazzjoni tiegħu.

Felix kiteb, “Kont ħażin ħafna. Tant ħażin li kważi ċempilt lill-ambulanza matul il-lejl. Jien mhux ażmatiku u għidt wara li rajt artiklu tal-BBC fuq it-trattament taI-ibuprofen għidt lili nnifsi jekk nieħu tnejn mhux ser joqtluni. Id-deni u s-solgħa u l-qtugh tan-nifs kienu qed jifnuni.”





Kompla jgħid, “U f’temp ta’ sagħtejn. Solgħa xejn. Deni niżel. Enerġija normali. Xejn uġigħ ta’ ras u qtugħ ta’ nifs. Personalment bit-talb tagħkom, is-sapport u Nurofen salvani milli nersaq lejn l-isptar. Hawnhekk ovvja nevita milli nagħti informazzjoni li ma teħdux parir mingħand t-tobba.”

Huwa għalaq il-parir tiegħu, “Sempliċement qiegħed naqsam l-esperjenza mirakuluża tiegħi. Kuraġġ. Kuraġġ. Xerrdu informazzjoni li tista’ tgħin u żommu dejjem t-tama f’qalbkom.”

Facebook / Felix Busuttil



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI