“Kont Inqum Fit-3 Ta’ Filgħodu Biex Inlaħħaq Mal-Familja U Nieħu Ħsieb It-Tfal” – Claire Agius Ordway

Claire hija persuna sportiva u tagħmel minn kollox biex issib bilanċ bejn ħajjitha, l-eżerċiżżju u l-familja. Ftit ta’ snin ilu, Claire iddeċidiet li tagħmel avventura li bidilitilha ħajjitha.

“Qabel ma għamiltha kont qrajt li din kienet ser tkun avventura li tibdlek u ma kontx emmintha dak iż-żmien. Pero’ tant tagħtini saħħa mentali wara, li naqbel magħha!” qaltilna Claire f’intervista li għamilnielha għar-rivista tagħna.

Claire ħadet sehem fil-maratona fejn trid tiġri 42 kilometru! Għal din Claire kienet tqum fit-3 ta’ filgħodu biex tlaħħaq mal-familja u tieħu ħsieb it-tfal, u ssib ċans tiġri.





“Mentalment kont nisfida lili nnifsi u dik għenitni ħafna tant li issa nemmen li nista’ negħleb kull sfida li jkolli. Irnexxieli nirbaħ ħafna ostakli!” tgħidilna Claire. 

Claire għamlet  6 xhur tiġri 50 kilometru kull ġimgħa biex tipprepara għaliha u dak iż-żmien kellha t-tfal żgħar. “Kont għażilt il-ġiri biex ma naffettwalhomx ħajjithom u stajt immur meta rrid. Kont niġri billejl ħalli matul il-ġurnata nkun mal-familja.”



42 kilometru mhux ċajta aħseb u ara l-ħin kollu tiġri, imma ta’ mara determinata li hi għamiltha, għal 3 darbiet!

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI