“Kont Tferraħ Ħafna Anzjani” – Is-Sindku Tal-Fgura Jsellem il-Memorja Ta’ Justin

Is-Sindku tal-Fgura kiteb messaġġ emozzjonali fejn sellem il-memorja ta’ Justin. f’dan il-messaġġ huwa kiteb li Justin kien persuna li ħalliet impatt pożittiv fuq ħafna nies, b’mod partikolari fuq l-anzjani li kien jiltaqa’ magħhom waqt l-attivitajiet tad-Day Centre tal-Kunsill Lokali.



“Strieħ fis-sliem Justin. Kont tferraħ ħafna anzjani waqt id-Day Centre tal-Kunsill Lokali. M’għandi l-ebda dubju li kont, għadek u tibqa’ f’qalb ħafna nies. Il-memorja tiegħek tibqa’ tgħix magħna,” kiteb is-Sindku.



Huwa temm il-messaġġ tiegħu billi wassal il-kondoljanzi sinċieri tiegħu lill-familja u lill-qraba ta’ Justin f’dan il-mument tant diffiċli.



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI