“Kontu Hemm, Preżenti, F’Kull Fażi Ta’ Ħajjitha… Napprezzawkom” – Omm Faith B’Kelmtejn Ta’ Mħabba F’Jum Għalliema

Faith

F’Jum l-Għalliema, omm Faith għażlet li twassal messaġġ sempliċi iżda mimli gratitudni lil dawk kollha li, b’xi mod jew ieħor, kienu parti mill-vjaġġ ta’ bintha.

Permezz tal-paġna Up & Up with Faith, hi qasmet kliem ta’ ringrazzjament lejn l-għalliema kollha li tul is-snin għenu lil Faith tikber, titgħallem, tilħaq tragwardi ġodda u tkompli timxi ’l quddiem.

“F’Jum l-Għalliema, bewsa kbira għalikom mingħand Faith,” kitbet ommha, f’messaġġ li jirrifletti kemm il-preżenza tal-għalliema tista’ tkun importanti fil-ħajja ta’ tifel jew tifla.

Hi rringrazzjat lil dawk kollha li “b’xi mod jew ieħor” kienu parti mill-vjaġġ ta’ Faith — mhux biss billi għallmuha, iżda wkoll billi kienu hemm għaliha f’fażijiet differenti ta’ ħajjitha.

“Għalikom dan hu xogħolkom, għalina d-dedikazzjoni tagħkom tagħmel differenza kbira f’ħajjitna, speċjalment dik ta’ Faith!”

F’dan il-Jum l-Għalliema, għalhekk, il-messaġġ ta’ Faith u tal-familja tagħha huwa wieħed ta’ apprezzament lejn dawk kollha li kienu parti mill-istorja tagħha. “GRAZZI, napprezzawkom!”

Xi ġmiel ta' messaġġ!

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI