Il-produttur u attur lokali fuq il-mezzi soċjali jikteb, "Kull bidu fih it-tmiem, u bħal proġetti oħra, wara kważi sena nippreparaw għalih, ilbieraħ kienet l-aħħar ġurnata recording. Dalgħodu inżilt l-istudio kemm inkun ċert li hemm kollox żbarazzat u kif dejjem jiġri, qabditni ftit dieqa - kemm jgħaddi kollox malajr. Kollox jgħaddi imma ovvjament il-memorji huma għal dejjem."
Mark ikompli, "Għad baqa' biċċa oħra - iġri tasal l-iskeda tal-Ħarifa ħalli tarawh u titbissmu ftit f'nofs dawn iż-żminijiet kultant kaotiċi li ngħixu fihom. Insellem lil għażiża mara tiegħi Louise Doneo li hija r-ruħ u l-wiċċ ferrieħi tal-programm u l-amministrazzjoni, staff u kollegi tiegħi ONE.com.mt li mingħajr is-sapport u kooperazzjoni tagħhom ma jsirx kif għandu jsir ix-xogħol. Grazzi."
Ħerqana biex naraw dak li ħdimtu fuqu b'tant u tant dedikazzjoni Mark! Awguri lilek u t-tim kollu tiegħek!