Fuq il-paġna tiegħu, Bjorn Formosa qasam kelmtejn profondi dwar l-impatt li ħalla fuqu Roland Garros.
Hu kiteb, “L‑entużjasti tal‑isport madwar id‑dinja kollha raw wieħed mill‑ikbar avvenimenti sportivi ta’ kull żmien. Kienet il‑finali ta’ Roland Garros u jiena kont emozzjonalment involut għax ili s‑snin insegwi kuljum lil @janniksin. Dan iż‑żagħżugħ mhux biss plejer tat‑tennis brillanti, imma hu wkoll eżempju kbir għalina kollha ta’ dixxiplina, determinazzjoni, umiltà, edukazzjoni tajba u titjib kontinwu f’dak li jaf jagħmel l‑aħjar. Kien daqsxejn ‘il bogħod milli jirbaħ it‑titlu, imma xorta tilef wara battalja epika ta’ ħames sigħat u nofs! Ħassejt l‑uġigħ u d‑dispjaċir tiegħu, bkejt u ma stajtx norqod bil‑lejl – mhux għax jien fanatiku tat‑tennis biss, imma għax dan ir‑raġel żagħżugħ tani kumpanija fil‑mumenti l‑iktar koroh ta’ ħajti. Kull darba li kont nara logħob tiegħu, kont ninsa t‑tbatija kbira tiegħi!”
Żied jgħid, “Forza @janniksin! Ibqa’ b’saħħtek, iffoka u żgur li tasal! Miegħek jien. Nixtieq ukoll nirringrazzja lill‑ħbieb tiegħi Kenneth, Kyra u l‑Ivans, li għalkemm mhux neċessarjament iħobbu t‑tennis, raw il‑logħba storika kollha miegħi.”
Faccebook / Bjorn Formosa