Malta qed tkompli ssaħħaħ il-pożizzjoni tagħha bħala destinazzjoni attraenti għall-investiment barrani. Skont ċifri li qasam il-Ministru Silvio Schembri, il-persentaġġ ta’ dawk li jqisu lil Malta bħala pajjiż attraenti għall-investiment barrani tela’ minn 37% fl-2021 għal 81% fl-2026.
Dawn ir-riżultati joħorġu mill-EY Attractiveness Survey 2026, li juri fiduċja akbar fost l-investituri internazzjonali fl-ekonomija Maltija. Fil-fatt, 90% tal-kumpaniji mistħarrġa qed jippjanaw li jżommu jew ikabbru l-operat tagħhom f’Malta matul it-12-il xahar li ġejjin.
Il-Ministru Silvio Schembri enfasizza wkoll l-importanza tal-investiment fl-infrastruttura diġitali, fosthom il-konnessjoni ta’ Malta mal-kejbil tad-data taħt il-baħar Medusa, li se jkompli jsaħħaħ il-konnettività internazzjonali u r-reżiljenza diġitali ta’ pajjiżna.
Dawn l-iżviluppi jkomplu jsaħħu l-potenzjal ta’ Malta biex tattira aktar investiment, toħloq opportunitajiet ġodda u tibqa’ kompetittiva fis-suq internazzjonali.
Facebook / Silvio Schembri