“Kif Tgħid Addiju Lil Xi Ħadd Li Qatt Ma Kien Biss Missierek” – Evelyn Saliba La Rosa

B’qalb maqsuma, Evelyn Saliba La Rosa ħabbret it-telfa ta’ missierha, Joe La Rosa, li lbieraħ filgħaxija ħalla din id-dinja fil-paċi fl-età ta’ 92 sena.

F’messaġġ profond u mimli mħabba, Evelyn tiddeskrivih mhux biss bħala missier, iżda bħala ruħ sabiħa li għexet ħajja kwieta, umli u mimlija tjubija.

"Il-Papa’ kien ruħ ġentili. Anġlu miexi fostna,” kitbet Evelyn, filwaqt li qalet kif kull min kien jiltaqa’ miegħu kien iħobbu. Il-karattru kalm tiegħu, il-qalb tajba u l-imħabba li kien jagħti mingħajr ħafna kliem ħallew marka fuq kull min għarfu.

Evelyn qalet li se tħoss in-nuqqas ta’ wiċċu, leħnu, tbissima u sempliċement il-fatt li kienet taf li kien hemm. Minkejja d-dwejjaq, hija esprimiet ukoll gratitudni għall-memorji, it-tbissim u l-mumenti kollha li qasmet miegħu. “Int kont anġlu fuq l-art… issa għandek il-ġwienaħ.”

Joseph La Rosa twieled fis-17 ta’ Mejju 1934 u miet fit-8 ta’ Settembru 2026, fl-età ta’ 92 sena. Jalla jistrieħ fis-sliem.

Ritratti:

Facebook/Evelyn Saliba La Rosa

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI