“Kull Komunità Nitlob Li Ssir Dar Ta’ Paċi Fejn L-Ostilità Tiġi Mrażżna Permezz Tad-Djalogu” – Il-Papa Ljun XIV

Il-Papa Ljun XIV iltaqa’ mal-isqfijiet tal-Italja fejn sfida kull djoċesi biex tippromwovi edukazzjoni kontra l-vjolenza, inizzjattivi ta’ medjazzjoni ta’ argumenti lokali, u programmi ta’ ospitalità. Hu kompla fuq il-passi tal-Papa Franġisku hekk kif jippromwovi l-paċi.

Hu qal, “Kull komunità nitlob li ssir dar ta’ paċi fejn l-ostilità tiġi mrażżna permezz tad-djalogu. Il-ġustizzja nipprattikawha u l-maħfra ngħożżuha. Il-paċi mhix l-ispiritwalità perfetta. Hi triq umli permezz ta’ ġesti ta’ kuljum, li noħolqu bil-paċenzja u l-kuraġġ, nisimgħu u nieħdu azzjoni fejn hemm bżonn. Issa iżjed minn qatt qabel teħtieġ l-attenzjoni u l-preżenza tagħna.”

Nitolbu biex il-paċi tirrenja u l-vjolenza madwar id-dinja tonqos.

Instagram / @vaticannews







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI