“Kull Pajjiż Għandu L-Eroj Nazzjonali Tiegħu … F’Malta Għandna L-Martri Tas-Sette Giugnio” – L-MEP Alfred Sant

Permezz ta’ kitba ċkejkna fuq il-paġna tiegħu fuq Facebook, il-membru tal-Parlament Ewropew Alfred Sant tkellem dwar l-eroj nazzjonali li kull pajjiż għandu. Naturalment, huwa mportanti li dawn l-eroj jibqgħu jiġu mfakkra u l-ħidma tagħhom tibqa’ tiġi apprezzata ma’ kull ġenerazzjoni.

Huwa beda billi qal, “kull pajjiż għandu l-eroj nazzjonali tiegħu li mietu biex jiddefendu l-ideal tad-dritt tal-poplu tagħhom għal-libertà u għall-ġustizzja. F’Malta għandna l-martri tas-Sette Giugnio. Fl-Italja għandhom ir-revoluzzjonarji u l-eżiljati li stinkaw għall-ħelsien tal-Italja bħala pajjiż magħqud.”

Kompla billi qal li, “tajjeb li dawn l-eroj jibqgħu jiġu mfakkra u s-sens tas-sagrifiċċji tagħhom jibqa’ imfisser ta’ kull sena. Imma tibqa’ tidwi wkoll l-għajta ta’ Bertolt Brecht (kienet tiegħu jekk niftakar tajjeb) ta’: Sfortunat dak il-pajjiż li jeħtieġ l-eroj!”





Facebook/ Alfred Sant



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI