Kumpaniji Tat-Telekomunikazzjoni Se Jibdew Jimblukkaw Telefonati Scam Minn Barra Minn Malta

Ilkoll nafu kemm saru komuni l-iscam calls u kif sfortunatament, ħafna jispiċċaw vittmi ta’ dan. Mill-1 ta’ Novembru, telefonati ta’ scam minn barra minn Malta se jibdew jiġu mblukkati.

Dan kien ikkonfermat mill-Awtorità Maltija tal-Komunikazzjoni u dan se jsir b’miżuri tekniċi. Numri li jibdew b’+356 1, +356 2, jew +356 8, se jiġu bblokkati awtomatikament mix-xahar id-dieħel. Minn dawn in-numri, kien hemm madwar 478,000 scam call f’jumejn biss.

Fi stqarrija, l-MCA qalet li filtrazzjoni addizzjonali se timblokka wkoll telefonati b’numri Maltin invalidi jew ipprojbiti.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI