“Kuntenta Ħafna Li Finalment Nista’ Naqsam L-Aħbar Li Rċivejt Ir-Riżultati…” – Kylie Grima

Kylie Coleiro taqsam minn fuq il-pjattaforma li rċeviet ir-riżultati tal-masters u tinsab tassew ferħana li kollox mar b’wiċċ il-ġid.

 “Kuntenta ħafna li finalment nista’ naqsam l-aħbar li rċivejt ir-riżultati tal-Masters Internazjonali Fl-Amministrazjoni tal-Buisness. It-teżi tiegħi iffukat fuq Evalwazzjoni tal-Effiċjenza Fil-Prokura Fl-iSptarijiet Bil-Metodu ta’ SWOT, suġġett li jiena tassew kburija bih.

Grazzi mill-qalb lill-Alberta Group talli emmnu fija u nvestew fit-tisħiħ tiegħi. Kapitlu wieħed magħluq, imiss il-gradwazzjoni u issa eċitata għal dak li jmiss fl-Universita’ ta’ Malta.”

Awguri lili Kylie u prosit tad-determinazzjoni tiegħek li waslitlek dawn ir-riżultati sbieħ.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI