Kważi Tlestew It-Tiswijiet Fis-Substation Tal-Enemalta Fil-Mellieha Wara N-Nar Tal-Bieraħ

Inġiniera u ħaddiema tal-Enemalta ħadmu matul il-lejl u matul il-jum wara n-nar li zviluppa lbieraħ filgħaxija f’The Avenue Solana Hotel substation fil-Mellieħa. Matul il-jum inġiniera u ħaddiema tal-Enemalta żarmaw il-low voltage panel li ġarrab ħsarat biex saru t-tiswijiet meħtieġa.

In-nar li beda ftit wara t-tmienja ta’ filgħaxija ikkawża ħsarat fil-low voltage panel tas- substation iżda ma saritx ħsara fit-transformer, fis-switchgear u apparat ieħor importanti għall-provvista tal-elettriku. Il-kawża tan-nar għadha qed tiġi investigata iżda jidher li dan kien inċident mhux premeditat. Huwa normali li s-substation tkun magħluqa u għaldaqstant in-nar beda meta ma kien hemm ħadd fiha.

Matul il-lejl bdiet mill-ewwel il-ħidma tal-inġiniera u l-ħaddiema tal-Enemalta. L-ewwel billi mil-control room tal-Enemalta fil-Marsa ġiet sospiża l-provvista tal-elettriku lejn din is- substation u oħra bħala prekawzjoni kemm biex jiġi evitat kull periklu għall-membri tal-Protezzjoni Civili kif ukoll biex ma issir ebda ħsara lin-network tal-Enemalta.





Konsegwenza t’hekk, numru ta’ konsumaturi fil-Mellieħa kellhom il-provvista tal-elettriku sospiża għal xi ħin. Il-konsumaturi li kienu mqabda mat-tieni substation fl-istess network li ma ġarbet l-ebda ħsara, kellhom il-provvista li ġiet lura għan-normal fi zmien siegħa. Il-kumpanija Enemalta ħadet passi immedjati biex permezz ta’ generator terga’ tagħti l- provvista tal-elettriku fl-iqsar ħin possibbli lill-konsumaturi li kienu affetwati mill-qtugħ fil- provvista inkluż il-konsumaturi li huma mqabda mas-substation li ġarrbet il-ħsara.

Aktar tard dawn il-konsumaturi ser ikollhom interruzzjoni qasira fil-provvista sakemm il-provvista tingħata lura direttament mis-substation flok mill-generator.

Facebook / Solana Hotel



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI