Illum tiċċelebra għeluq sninha l-kantanta lokali Kylie Coleiro. Illum lil Kylie qed narawha wkoll tikber fuq il-pjattaformi soċjali wkoll. Kylie twieldet fl-1992 u b’hekk illum hi tagħlaq 33 sena.
Kylie Coleiro, bdiet tkanta minn meta kellha 8 snin taħt il-gwida tal-għalliema tal-mużika tagħha, u matul is-snin dehret f’diversi programmi tat-TV, fosthom Showtime u Nannu Spagu, kif ukoll fil-Junior Eurosong bejn l-2003 u l-2009, fejn anke spiċċat fit-tielet post b’kanzunetta oriġinali tagħha.
Fl-2009 daħlet fil-Malta Eurovision Song Contest b’Let It Shine ta’ Andrew Zahra u Joe Julian Farrugia, meta kien għad għandha biss 16-il sena. Hi determinata li tkompli tilħaq l-ambizzjonijiet tagħha, tagħmel esperjenzi ġodda, u fuq kollox tkompli tgħix għall-mużika li hi l-ħajja u n-nifs tagħha.
Ftit tax-xhur ilu, Kylie kienet waħda mill-mistiedna ta’ Melanie Kelly fuq Kellymni – Il-Podcast ta’ Gwida. Wieħed jista’ jsegwi dan l-episodju billi jidħol fil-link t’hawn taħt.
F’isem it-tim ta’ Gwida.mt, nawgurawlha l-isbaħ xewqat u nittamaw li jkollha jum mill-isbaħ mimli b’dak kollu li tixtieq qalbha!