Ilbieraħ kienet ġurnata speċjali għal Kylie Coleiro u żewġha Clint hekk kif iċċelebraw it-tielet anniversarju taż-żwieġ tagħhom. L-okkażjoni ma għaddietx inosservata minn omm Kylie, li qasmet messaġġ sabiħ fuq il-midja soċjali biex tawguralhom f’dan il-jum importanti.
“Illum jagħlaq it-tielet anniversarju taż-żwieġ ta’ binti Kylie u Clint. Nawguralekom saħħa u ħafna aktar snin ta’ ċelebrazzjonijiet flimkien,” kitbet hi, filwaqt li esprimiet ix-xewqa tagħha li t-tnejn ikomplu jgawdu saħħa tajba u ħafna aktar snin ta’ ferħ flimkien.
L-anniversarju taż-żwieġ huwa dejjem mument speċjali għal kull koppja, u għal Kylie u Clint din is-sena timmarka tliet snin minn meta bdew il-vjaġġ tagħhom bħala koppja miżżewġa.
Minn naħa tagħna, nawguraw lil Kylie u Clint ħafna aktar snin ta’ mħabba, ferħ u mumenti sbieħ flimkien.
Facebook / Kylie Coleiro